“Kont 123 kilo, illum inqast 50 kilo”…ara kif!
Lura fl-2020 Donna-Lynn Calleja xtaqet tibdel ħajjitha. Kienet bdiet tiżen 123 kilo u qalet li hemm bżonn tara x’tagħmel biex tonqos. Kien hawn li ddeċidiet li tkellem lil Ritianne Zahra, minn Life Coaching & Support by Ritienne Zahra u minn hemm bdiet il-vjaġġ tagħha li wassalha sabiex tonqos 50 kilo!
Spjegat li fil-bidu bdiet tibża’ għax hi ma tħobbx il-frott u allura, ma riditx li tispiċċa jkollha tixrob ħafna shakes. Spjegat li Ritianne qaltilha li ladarba ma tħobbx il-frott, id-dietà li kienet se tagħtiha ma kinitx se tinkludi fiha l-frott.
Qalet ukoll li grazzi għal din id-dietà, tgħallmet kif issajjar. Xi ħaġa li qabel ma kinitx taf tagħmel qabel. Pass li saħansitra wassalha sabiex tibda profil fuq Instagram dwar it-tisjir san.
“Naħseb li din għandha tkun id-deċiżjoni ta’ ħafna mill-Maltin li qed ibatu mill-obeżità,” temmet tgħid hi.