Kif tagħżel l-aħjar saqqu għalik…

 Kif tagħżel l-aħjar saqqu għalik…

Jekk dan l-aħħar ma tantx qed tħoss li qed torqod sew, jaf wasal iż-żmien li tikkunsidra tibdel is-saqqu. Meta tiġi biex tagħmel dan il-pass iżda, jaf issibha ftit diffiċli tifhem minn fejn għandek tibda. Għandek tmur f’ħanut? Jew tordna online? Tipprova tiffranka? Jew tara li dak li tixtri huwa l-aktar ideali għalik, jiswa kemm jiswa?

Nafu…hemm ħafna affarijiet x’tikkunsidra. Speċjalment meta tiftakar li trid tqatta’ mat-tmien sigħat kuljum fuq dan is-saqqu. Imma tinkwetaw xejn f’dan l-artiklu se ngħidulkom uħud mill-affarijiet li għandkom tikkunsidraw intom u tfittxu l-aktar saqqu ideali għalikom.

 

  • Ikkonferma jekk in-nuqqas ta’ rqad ta’ kwalità hux ġej mis-saqqu

Qabel ma tibdel is-saqqu, ibda billi tipprova tifhem jekk in-nuqqas ta’ rqad hux ġej mis-saqqu jew minn xi fattur ieħor. Malli tikkonferma li s-saqqu għandu bżonn jinbidel, imxi għall-pass li jmiss.

 

  • Itla’ ftit fuq il-miżien

Fattur ieħor importanti meta tkun se tixtri saqqu huwa li tara kemm tiżen. Dan sabiex tkun tista’ tagħżel l-aktar saqqu ideali għalik.

 

  • X’inhu l-baġit tiegħek

Il-flus li tonfoq fuq saqqu huma investiment, madanakollu nafu li l-but mhux dejjem jippermetti. Madanakollu, wieħed jista’ jsib saqqijiet ta’ kwalità u bi prezz raġjonevoli lokalment, speċjalment meta tmur għand ta’ Sylvia Bazaar.

  • Ħu l-qies tas-sodda, kemm mil-wisgħa u anke mit-tul

Importanti li meta tmur biex tixtri s-saqqu, tieħu miegħek il-qies tas-sodda sabiex dejjem tħares lejn is-saqqijiet li huma l-aktar ideali għall-qisien tas-sodda tiegħek.

  • Ara kif inhu l-qiegħ tas-sodda

Qabel ma tmur tixtri s-saqqu, ara li wkoll li tikkonferma eżatt kif inhu l-qiegħ tas-sodda tiegħek. Injama sħiħa jew strixxi? Dan huwa importanti għaliex ċertu saqqijiet għandhom bżonn ventilazzjoni.

Jekk tridu saqqu mill-aqwa, mela morru għand ħadd aktar ħlief Sylvia Bazaar, Ħaż-Żabbar. Hawn issibu għażla kbira ta’ saqqijiet għal kull bżonn u but!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com