“L-irġiel jistgħu jgħinuna nħossuna iktar sikuri fit-toroq” – in-nisa

 “L-irġiel jistgħu jgħinuna nħossuna iktar sikuri fit-toroq” – in-nisa

Jekk inti raġel, inti għandek il-poter li b’sempliċi ftit ħsieb, tgħin lin-nisa jħossuhom aktar sikuri fit-toroq. Forsi ndunajt li meta tkun miexi fit-triq u tkun ġejja mara, speċjalment jekk tkun waħedha u filgħaxija, ġeneralment din tkun xi ftit anzjuża u tibda tipprova żżomm id-distanza. Għalkemm din mhix xi regola, sfortunatament ġejja minn ħafna stejjer u esperjenza spjaċevoli li jkunu semgħu jew għaddew minnhom.

Mhux l-ewwel darba li mara tkun għaddejja għall-affari tagħha u tara xi raġel jipprova jittantaha. Sfortunatament l-ittantar rari jkun wieħed matur, u ġeneralment saħanistra jiżvolġi fi kliem dispreġġjattiv jew anke ssib min jipprova jmiss lill-persuna mingħajr permess.

Anke jekk inti l-aktar raġel qaddis fid-dinja, jaf għaddejt minn esperjenzi fejn tkun miexi għall-affari tiegħek fit-triq u jkollok xi mara miexja ftit ‘il quddiem minnek. Taraha ddur lura tħares lejk ta’ spiss, forsi anke taqsam fuq in-naħa l-oħra tat-triq jew tħaffef il-pass.

Allura inti, bħala raġel fis-soċjetà Maltija x’tista’ tagħmel biex tgħin lin-nisa jħossuhom aktar sikuri?

  1. Irrispetta l-ispazju personali tagħhom. Aqsam fuq in-naħa l-oħra tat-triq biex il-mara ma tħossx li qed issegwiha.
  2. Evita ħafna ħars jew li tgħaddi kummenti żejda, anke jekk inti taħseb li qed tgħaddilhom kumpliment… u le “awww ġisem” mhux kumpliment!
  3. Jekk tara li hemm mara f’sitwazzjoni spjaċevoli, offri l-għajnuna. Jekk tirrifjutaha, irrispetta r-risposta tagħha.
  4. Kun vuċi li tinsisti fuq komunitajiet aktar sikuri, irrelevanti mill-ġeneru.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com