10 riċetti li tista’ tagħmel meta m’għandekx aptit issajjar

 10 riċetti li tista’ tagħmel meta m’għandekx aptit issajjar

Wara xi ġurnata xogħol u l-qadi jew faċendi li jkollok tagħmel wara, l-aħħar ħaġa li jkollok aptit hija li tagħmel xi siegħa ssajjar. F’dan l-artiklu se nkunu qed ngħidulkom 10 platti faċli li tistgħu tagħmlu fi 15-il minuta jew inqas!

  1. Caprese salad: Qatta’ tadam u mozzarella roti roti, itfa’ naqra balsamic glaze, żejt taż-żebbuġa, ħabaq frisk, bżar u melħ.
  2. Ħobż mixwi bl-avacado: Għamel maxx ta’ avacado u dellku mal-ħobż. Roxx ftit bżar u melħ u jekk trid qatta’ ftit tadam jew ġobon feta, flimkien ma’ ftit żejt taż-żebbuġa.
  3. Ħobż tal-Malti bil-kunserva: Aqbad żewġ dawriet ħobż tal-Malti, dellikom bil-kunserva, roxx ftit bżar, melħ u żejt taż-żebbuġa. Jekk trid, żid magħhom ftit żebbuġ imqatta’ u kappar, jew xi biċċa ġbejna tajba!
  4. Wrap Mediterranju: Imla wrap bil-hummus, ħjar imqatta’, ftit tadam, żebbuġ u ġobon feta. Roxx ftit origanu, għalaqha u tiha gidma!
  5. Għaġin bil-pesto: Agħlli ftit għaġin u iftaħ bott pesto għal miegħu. Tista’ żżid ukoll xi ftit cherry tomatoes, spinaċi jew anke ġobon feta jew parmiġġan.
  6. Quesadillas: Fuq wrap itfa’ ftit fażola ħamra tal-bott, naqra cheddar maħkuk, ftit jalapeños, u jekk għandek aptit itfa’ wkoll ftit tiġieġ imsajjar. Itwi r-wrap fi tnejn u itfagħha f’taġen sakemm ir-wrap tieħu ftit kulur.
  7. Salad tat-tonn: Iftaħ landa tonn taż-żejt, qatta’ ftit ħass, tadam u żebbuġ, iftaħ landa fażola u waddab ftit kappar. Jekk għandek, qatta’ wkoll ġbejna tal-bżar u itfa’ naqra żejt taż-żebbuġa.
  8. Ħaxix u hummus: Iftaħ landa ċiċri u tiha dawra fil-food processor flimkien ma’ naqra żejt taż-żebbuġa, meraq tal-lumi, paprika, bżar u melħ. Qatta’ ftit karrotti, ħjar u karfus fi strixxi twal u uża lilhom biex tiekol il-hummus.
  9. Greek salad: Qatta’ ħjar, tadam, basal u bżar tal-kulur nej. Magħhom żid ġobon feta u żebbuġ iswed, flimkien ma’ ftit ħabaq frisk, żejt taż-żebbuġa, bżar u melħ.
  10. Toast klassiku bil-perżut u l-ġobon: Itfa’ żewġ biċċiet toast fit-toaster, malli jsiru dellikhom bil-butir u itfagħlhom biċċa perżut u ġobon.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com