“Li ssegwi l-isport huwa tajjeb għas-saħħa”
Jgħidu li meta tipprattika l-isport, jgħinek tibqa’ f’saħħtek…iżda kont taf li anke li ssegwi l-isport huwa tajjeb għas-saħħa? Riċerka li saret fil-Ġappun sabet li meta wieħed isegwi l-isport ikun qed jagħmel xi ħaġa ta’ ġid għall-benessri tiegħu.
Iżda kif jiġri dan? Skond ir-riċerkaturi, meta wieħed ikun qed jara attivitajiet sportivi, il-moħħ jiġġenera sentiment ta’ kuntentizza. Sabu wkoll li persuni li jsegwu l-isport b’mod frekwenti kellhom tibdil fl-istruttura ta’ partijiet tal-moħħ relatati mal-ġenerazzjoni ta’ emozzjonijiet pożittivi, xi ħaġa li toħloq benefiċċji fit-tul.
Apparti minn hekk, dawn ir-riċerkaturi sabu wkoll li sport li huwa aktar magħruf u famuż bħal baseball u futbol kellhom impatt aktar sinjifikanti fuq il-benessri tas-segwaċi minn sport inqas popolari, bħall-golf.
Aqra aktar dwar dan l-istudju minn hawn.