Liema huma l-bajjiet għall-għawm tal-klieb f’pajjiżna?

 Liema huma l-bajjiet għall-għawm tal-klieb f’pajjiżna?

Kontu tafu li f’pajjiżna hawn 16-il bajja għall-klieb? Dawn huma mqassmin bejn Malta u Għawdex fejn insibu erbgħa fil-Mellieħa, fiċ-Ċirkewwa, in-Naxxar, Tas-Sliema, il-Kalkara, tnejn Wied il-Għajn, f’Marsaxlokk, f’Birżebbuġa, u f’Għawdex fiż-Żebbuġ, f’Għajnsielem, l-Imġarr, u f’San Lawrenz.

Dawn il-bajjiet ma jintagħżlux bl-addoċċ iżda wara studju li jsir mid-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali dwar l-aċċessibilità għal dawn iż-żoni.

Huwa importanti li kull sid li juża dawn il-bajjiet għall-klieb għandu jżomm lill-kelb permezz ta’ ċinga u li jassigura wkoll li jinġabar il-ħmieġ tal-klieb u li dan jintrema f’kontenituri li hemm fuq il-bajjiet.

Huwa wkoll importanti li kull kelb li juża l-bajjiet irid ikun iċċippjat u taħt il-kontroll tas-sidien tagħhom.

Il-bajjiet f’Malta huma:

  • Daħlet ix-Xmajjar, il-Mellieħa
  • Ramlet it-Torri, il-Mellieħa
  • Il-Bajja tal-Imġiebaħ, f’Selmun, il-Mellieħa
  • Ramlet il-Qortin, il-Mellieħa
  • Ir-Ramla ta’ Wied Musa, iċ-Ċirkewwa
  • Baħar iċ-Cagħaq, wara l-Isplash and Fun, in-Naxxar
  • Tigné Point, Tas-Sliema
  • Il-Bajja tar-Rinella, il-Kalkara
  • L-Ilsien, Żonqor Point, Wied il-Għajn
  • Il-Bajja ta’ San Tumas, Wied il-Għajn
  • Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk
  • Il-Bajja viċin is-Sailing Club, Birżebbuġa

Il-bajjiet f’Għawdex huma:

  • Il-Bajja tal-Qbajjar, iż-Żebbuġ
  • Ras il-Ħobż, Għajnsielem
  • Il-Bajja ta’ Gorgun, l-Imġarr t’Għawdex
  • Il-Bajja tad-Dwejra, San Lawrenz
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com