Liema huma l-iżjed żewġ pajjiżi neqsin mil-libertà fid-dinja?
Skont il-freedom House Freedom Index, l-aħħar li sar dan l-istħarriġ, li kien fis-sena 2022, dawn iż-żewġ pajjiżi huma is-Sirja u s-Sudan. Dan l-indiċi jitkejjel fuq drittijiet politiċi u libertajiet ċivili fil-pajjiż.
Is-Sirja hija mmexxija minn Bashar al-Assad, li jitqies bħala wieħed mill-iżjed reġim ripressiv li qatt ra l-pajjiż. Il-korruzzjoni fil-pajjiż titqies bħala kbira u sfaċċata fejn uffiċjali tal-Gvern jabbużaw kontinwament mill-poteri politiċi għall-gwadann personali, a skapitu tal-pajjiż.
In-nies jibżgħu u joqogħdu lura milli jipprotestaw jew juru l-fehma tagħhom għaliex jista’ jagħti l-każ, li ħafna drabi hekk jiġri, li min jitkellem, jisfa maqtul.
Is-Sudan għandu insikurezza fl-ikel. Dan iwassal għal kunflitt kontinwu u tnaqqis ekonomiku b’mod drastiku fejn 17.7 miljun ruħ, jinsabu fi stat ta’ emerġenza u fil-veru sens tal-kelma, mejtin bil-ġuħ.
Imma donnu l-istat ma jagħmilx biżżejjed biex joħroġ lill-pajjiż minn din il-kriżi. Mhux talli hekk, talli min jipprotesta jispiċċa kkalzrat.