“Min jimxi bil-mod jasal kmieni?”

 “Min jimxi bil-mod jasal kmieni?”

Jew min jistenna jitherra? Skont kif tħares lejha. Hemm min jagħmel kollox bil-galbu u jirnexxielu jilħaq l-għanijiet f’ħajtu.

Hemm min jgħaġġel u jispiċċa kif jgħid il-Malti ‘jitfixkel f’saqajh’. Il-lingwa Maltija, b’meravilja fiha frażijiet li tista’ tużaħhom u tadattahom għal kull mument u sitwazzjoni fil-ħajja li ngħixu.

Intqalu u nkitbu dari, u għadhom u jibqgħu jgħoddu għal dejjem.

Fuq dan is-suġġett, mhux kulħadd jista’ jkun li jaqbel. Issib nies li jirraġunaw li dak li għandek tagħmel, agħmlu issa, għax għada ħadd ma rah. Dan jista’ jwassal għal tensjoni u pressjoni żejda. Forsi jkollu raġun. Imma tkun worth it?

Irridu nitgħallmu iżjed nimxu pass pass u nistennew. Dak li hemm miktub għalik li jseħħ, se jseħħ, tajjeb jew le.

L-importanti huwa li ngħixu u mhux neżistu. Suġġett importanti li donnu f’Malta, jaffettwana bis-saħħa u mhux dejjem nammettu. Ma nistgħux nikkumparaw lilna nfusna ma’ oħrajn. Kulħadd għandu triqtu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com