Nibżgħu niddiskutu s-suwiċidju imma huwa reali …

Spiss nisimgħu b’każijiet ta’ suwiċidju u dan is-suġġett jitqies iebes u tqil imma huwa reali.
Qed nagħmlu biżżejjed biex ngħinu lil xulxin?
Jeżistu sinjali li persuna tibda turi li qed tikkontempla suwiċidju:
- titkellem dwar mewt
- titkellem dwar vojt kbir fil-ħajja u bla tama ta’ għixien
- tħoss li hija ta’ piż fuq ta’ madwarha
- xejn ma jkun qed jagħtieha sodisfazzjon jew pjaċir
- tevita mumenti speċjali anke tal-familja stess
- tħoss uġiegħ emozzjonali u fiżiku
- tħossha maqbuda u daharha mal-ħajt u bla soluzzjoni
- tevita n-nies
- tagħti tislima lil sħabha
- ħsibijiet u thewdin
Nisħqu ħafna li s-soċjetà saret mgħaġġla li forsi ma tħallinhiex nintebħu meta jkun hemm dawn is-sinjali ċari. Jeżistu ħafna iżjed. Kull każ huwa storja għalih.
Ngħinu lil xulxin. Kulħadd għandu l-piżijiet tiegħu fil-ħajja. Kulħadd jgħaddi. Mhux bilfors min jitbissem ikun veru ferħan. Qatt m’għandna niġġudikaw u dejjem importanti li noqogħdu attenti kif nitkellmu – ma tkunx taf persuna minn xhiex għaddejja.
Il-kliem bħal ‘kuraġġ’ mhux dejjem jinżel tajjeb. Importanti li nitkellmu u ngħidu x’qed inħossu imma mhux dejjem huwa faċli għal kulħadd biex jagħmel hekk.
In-numru 179 joffri li jisimgħek.