Nies li jonfqu ħafna flus fl-arti – kif jaħsbuha?

 Nies li jonfqu ħafna flus fl-arti – kif jaħsbuha?

Hawn ħafna nies anke f’Malta u Għawdex li jonfqu ħafna flus fl-arti. Din hija passjoni. Jitqies ukoll bħala passatemp xi ftit għali. Imma fiha sodisfazzjon.

Mhux kulħadd jista’ jifhem dan il-ħsieb u ssib min jaraha flus fil-ħela. Imma kulħadd bil-gosti u l-ideal tiegħu. Żgur li l-kollezzjonisti jgħidulek il-kontra.

Meta dawn in-nies jonfqu ħafna flejjes fil-kollezzjonijiet u xiri ta’ arti, iħossuh li huwa investiment. U hekk hu verament. L-arti tiswa l-flus. Tispjega l-emozzjoni u l-ħsieb tal-artist.

Il-valur tagħha dejjem jiżdied mal-milja tas-snin. Mhux bħal meta għandek karozza li nsejħulha silġa; fejn malli toħroġha mix-showroom jibda nieżel il-valur. (ovvjament sakemm ma ssirx vintage). L-arti, anke sempliċiment wara biss sena, togħla fil-prezz tagħha. Tiġi iżjed unika.

Min jixtri l-arti, iħares lejha bħala mħabba fil-qalb. L-hena tagħhom jarawha mwaħħla mal-ħitan f’darhom jew fuq xi mejda mżejna.

Jaf jagħmlu ħafna flus ukoll meta jixtru jew ipartu. Passatemp sabiħ. Jitqies bħala wieħed ta’ valur.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com