Psikologi jitolbu lin-nanniet u l-ġenituri biex inaqqsu milli jagħmlu dawn…
- Tim Strada Rjali
- Tuesday, 30 April 2024, 15:42
- 0
Kollha kemm aħna naqblu li meta naħsbu dwar il-ġenituri tagħna, jew inkella dwar il-ħiliet tagħna bħala ġenituri, nammettu li qed nagħmlu l-almu kollu tagħna. Meta twelled tarbija, ma tiġix b’dokument magħha li jgħidlek x’għandek tagħmel u li tkun ġenitur ifisser li se titgħallem ħafna affarijiet inti u tagħmilhom.
Tħobb kemm tħobb lil uliedek, huwa normali li se tagħmel xi żbalji, anke mingħajr ma tinduna. Permezz ta’ dan l-artiklu se ngħidulkom ftit punti dwar dak li psikologi differenti jinsistu li l-ġenituri u n-nanniet m’għandhomx jagħmlu fit-trobbija tat-tfal.
- Tużawx it-tablet, televixin u mowbajl bħala babysitter. Meta t-tfal jibdew jagħmlu użu ta’ apparat diġitali fit-tul, tista’ ssirilhom ħsara fejn jidħol l-iżvilupp soċjali, emozzjonali u konjittiv tagħhom.
- Titkellimx ħafna, iżda agħti spazju sabiex it-tfal jitkellmu u staqsihom dwar l-esperjenzi tagħhom mingħajr ma tagħmel priedki żejda.
- Tħallix lit-tfal jarawk f’relazzjonijiet diffiċli ma’ dawk ta’ madwarek, iżda għallimhom dwar l-importanza li jkollok relazzjonijiet sani u ta’ rispett.
- Iġġiegħelhomx iħossuhom li dak li qed iħossu huma u s-sentimenti tagħhom mhux importanti…tużax kliem bħal “hawn min iħossu għar minnek”.
- Tgħajjatx magħhom għal xejn b’xejn u tkunx wisq negattiv fil-konfront tagħhom.
- Meta t-tfal jagħmlu żball, agħtihom l-opportunità li jsolvu l-problema huma stess. Tiddeffisx biex issolviha inti mill-ewwel.
- Jekk trid lit-tfal iġibu ruħhom b’mod aħjar, tużax is-sens ta’ ħtija (guilt)…bħal meta nisfurzawhom jieklu l-ħaxix “għax it-tfal tal-Afrika m’għandhomx ikel”.
- Kun preżenti magħhom billi tevita li toqgħod il-ħin kollu fuq il-kompjuter jew il-mowbajl fil-ħin li support tkun qed tqatta’ magħhom.
- Jekk se toħloq regoli fid-dar u fl-atteġjament tat-tfal, ara li tkun konsistenti. Jekk kull darba tgħalaq għajn waħda, mela dawn ir-regoli mhux se jittieħdu bis-serjetà.
- Evita li tuża l-kliem “perfett” u “perfezzjoni” għax tkun qed iġġiegħelhom jaħsbu li l-perfezzjoni hija xi ħaġa li tista’ tintlaħaq. Minflok uża kliem bħal “din tista’ tirnexxi”, “din il-ħaġa għamiltha tajba”, u “li għamilt huwa biżżejjed”.
- Tqabbilhomx ma’ ħuthom jew mal-kuġini tagħhom. Kulħadd għandu ħiliet u modi differenti u ma jfissirx li għax wieħed laħaq skop, l-ieħor mhux se jilħqu qatt.