Qatt kellek nies ‘bossy’ fuq il-post tax-xogħol?

 Qatt kellek nies ‘bossy’ fuq il-post tax-xogħol?

Il-postijiet tax-xogħol jafu jġibu magħhom sfida kbira. Jistgħu jkunu postijiet li tmur b’wiċċek bil-quddiem u bi tbissima għax taf li se ssib ambjent ta’ familja.

Mill-banda l-oħra, fil-ħajja mhux kollox ward u żahar. Issib min itelliflek il-paċi wkoll imma dawn irridu nidraw ngħixu bihom, magħhom u nkunu kapaċi nżommu l-moral tagħna għoli.

Issib nies li moħħhom fik. Iżjed minn hekk, issib dawk li jordnaw, bħal donnhom huma jikkmandaw. Ikunu kif jgħidu bl-Ingliż ‘bossy’.

Dan il-fatt jista’ jkun ġej minn problemi personali fejn fil-fond ta’ qalbhom, ma jkollhomx stima tajba tagħhom infushom biżżejjed.

Tista’ tkun għira wkoll jew ħafna raġunijiet oħra. Li hu żgur ukoll, li lilek jaffettwak. Tibda tħossok inċert u li m’intix tagħmel xogħlok sew.

F’każijiet hekk, l-importanti li inti tara li qabel xejn, qed taqdi dmirek kif suppost. Tkellem ma’ min verament huwa fuqek biex tgħarrfu bis-sitwazzjoni. Ara wkoll li tkun mentalment f’saħħtek u prova tħalli lil ħadd jindukrak bin-negattività.

Dawn huma sitwazzjonijiet reali li kważi jekk xi ħadd jikteb dwarhom, ma nagħtux kashom biżżejjed.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com