Raġunijiet għala nies iħossuhom superjuri fuq l-annimali.
Hemm ħafna raġunijiet għaliex hawn bnedmin li jkunu kattivi mal-annimali. L-iżjed komuni huma:
Speciesism: din hija twemmin li r-razza umana hija superjuri għall-annimali u dawn l-umani jemmnu li għandhom dritt jużawhom għall-iskopijiet u għanijiet tagħhom. Ikunu jemmnu li għandhom post speċjali fid-dinja u ma jemmnux li l-annimali jbatu wkoll.
Nuqqas t’empatija: Ma jirrelatawx mal-annimali. Ma jifhmux li dawn iħossu u huma ħajjin verament bħalna.
Egoiżmu: Hawn nies li jisfruttaw l-annimali għall-fur tagħhom, il-ġilda jew diversi aspetti oħra. Anke jekk jafu li dan se jwassal għal uġiegħ u finalment, mewt.
L-Annimali għandhom dritt jgħixu. Qas biss għandha tkun diskutibbli din. Għandhom dritt ikunu liberi u aħna fid-dmir li nirraportaw kull moħqrija li nkunu nafu biha mingħajr ma naħsbuha darbtejn.
Il-pubbliku jista’ jagħmel rapport billi jċempel fuq in-numru 1717 jekk ikun konxju ta’ moħqrija fuq l-annimali.
Jekk persuna ma tkunx tista’ tkompli trabbi annimal, aħjar titkellem. Hekk titlob l-irġulija. Jekk m’intix lest anqas għal impenn, aħjar ma ġġib xejn. L-annimali jħossu. Huma ħajjin. Ma nkunux kattivi. Għaliex?