“Saret iebsa ssib tabib jiġik id-dar!”

 “Saret iebsa ssib tabib jiġik id-dar!”

Kienet titqies bħala kumdità li forsi teżsiti biss f’pajjiżna fejn meta nkunu ma nifilħux, inċemplu għat-tabib u jiġina fil-kumdità ta’ djarna. Niffrankaw li noħorġu ma nifilħux u ħafna skariġġ ieħor.

Madanakollu, iż-żmien qed jinbidel u malli ċċempel għat-tabib, minnufih jgħidlek il-ħin li fih se jkun qed jinviżta n-nies fi kliniċi partikolari.

“Tista’ tiġi għandi Dott?” – “Skużani qiegħed maqbud, aħjar taqbad u tiġi inti”.

Hekk tkun ir-risposta u ma tlum lil ħadd. Ix-xogħol żdied anke minħabba li l-popolazzjoni żdiedet ukoll. Żdiedu n-nies isuqu fit-toroq allura lit-tabib, dan kapaċi joħloqlu inkonvenjent ta’ ħin biex ilaħħaq ma’ kulħadd.

Xorta għadek issib tobba li jiġu fid-djar, anke jekk jiġu wara li jgħalqu l-kliniċi.

Li hu żgur, li minn qalbna nirringrazzjawhom tal-ħidma kbira tagħhom u tal-mod delikat li biha jħaddmu l-prattika tagħhom. Żgur li mingħajr saħħa tajba, ħadd ma jħossu komdu u kuntent. Nawguraw l-aqwa saħħa lil kulħadd.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com