Semmejnieh qabel … imma dejjem niskopru li l-ħajja fih hija propja bħal f’palazz tal-films … araw naqra

 Semmejnieh qabel … imma dejjem niskopru li l-ħajja fih hija propja bħal f’palazz tal-films … araw naqra

Ftit ilu ktibna artiklu dwar Palazzo Parisio, il-palazz impekabbli li jinsab fin-Naxxar bi storja rikka u b’arti meravilja fih. Għadu jintuża fil-mod sħiħ tiegħu sal-lum.

Imma mhux hekk biss, mhux talli jintuża għat-tiġijiet u avvenimenti mill-pubbliku, kif ukoll tista’ tmur tiekol fih jew tieħu kafè, imma l-ħajja fih hija propja bħal dik li naraw fil-films jew il-fairy tales.

Palazzo Parisio fih saħansitra is-servizz tal-ħasil (laundry) tiegħu stess. Tinsab fuq wara tat-tieni ġnien fil-Palazz u mhux ħa tilmaħha mill-ewwel; tiġi eżatt mat-tarf fejn kienet tibda t-Trade Fair.

L-akkwata hija serena mdawra b’siġar taż-żebbuġ u qtates ħelwin u maħbubin mis-sidien.

Il-Laundry tal-Palazz ikollha xogħol kuljum; minn servizz ta’ kuljum sa preparazzjoni għall-ikliet, ballijiet u tiġijiet.

Carole tmexxi dan is-servizz u ilha tagħmel hekk għal 13-il sena sħaħ. Mill-Marsa u taqbad żewġ karozzi tal-linja biex tasal il-Palazz imma tagħmel xogħol eċċellenti u minn qalbha.

Nammiraw postijiet bħal dawn, f’dan il-każ il-palazz Parisio li jiċċelebra l-ħaddiema tiegħu u japprezzahom.

Mill-banda l-oħra, kif tista’ ma tħobbux dan il-Palazz u l-istorja tiegħu? Naħsbu li huwa l-uniku palazz funzjonabbli b’mod totali fuq stil irjali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com