Kemm-il diska kantaw Claudia u Franklin waqt l-aħħar VIP Date?

 Kemm-il diska kantaw Claudia u Franklin waqt l-aħħar VIP Date?

Il-ħames episodju ta’ VIP Date ta’ Stradarjali laqqa’ lill-kantanti magħrufa lokali Claudia Faniello u Franklin Calleja.

Huma ltaqgħu fir-restorant Wild West fil-Birgu, kielu varjetà ta’ ikel bnin filwaqt li raw sensiela ta’ ritratti li ggwidaw il-konverżazzjoni tagħhom sabiex isiru jafu aktar lil xulxin u l-esperjenzi ta’ ħajjithom.

L-ewwel platt: Pork Belly Bites u Pulled Pork Tacos flimkien ma’ Pina Colada u Gin Ruby

 

Bejn gidma mill-ikel tajjeb ta’ Wild West, u l-kant ta’ diversi kanzunetti li qanqlulhom xi memorja jew oħra, Claudia u Franklin tkellmu dwar diversi suġġetti interessanti. Bdew bid-dietà, fejn Franklin stqarr li bħalissa qed joqgħod ħafna aktar attent x’jiekol imma qed iqis din id-date ma’ Claudia bħala l-famuża cheat day tad-dietà. Claudia qalet li hi minn dejjem kienet tħobb tiekol il-ħaxix, u l-ħelu ma tantx jagħmel biha. Iżda mhux l-ewwel darba li twaddab xi crisps mas-salad!

Tkellmu dwar il-gwerra, u t-tfal li intortament dejjem jispiċċaw vittmi tad-deċiżjonijiet li jieħdu l-adulti. Claudia, li bħalissa qed tagħmel kors ta’ Psikoterapija, qalet li tistaqsi lilha nnifisha kif dawk li jgħaddu mill-gwerra jirnexxielhom ikomplu b’ħajjithom wara t-trawma li jkunu għaddew minnha.

It-tieni platt: BBQ Pork ribs u Special Wild West Burger

Il-konverżazzjoni tagħhom imxiet ukoll għas-suġġett tal-ħbieb. Franklin qal li l-ħbieb huma sbieħ iżda hu ma tantx jafda u m’għandux ħafna ħbieb tal-qalb. Iddeskriva lilu nniffsu bħala persuna li malli jiltaqa’ ma’ xi ħadd, jibda jagħtihom importanza kbira qabel ma jkun sar jafhom biżżejjed u b’hekk ħafna drabi spiċċa weġġa’. Din il-biża’ tiegħu twasslu sabiex jesperjenza s-solitudni f’diversi mumenti ta’ ħajtu, xi ħaġa li forsi ħafna lanqas jobsru għax dejjem jidher “happy go lucky”.

Claudia esperimiet kif hi qatt ma rnexxielha tifhem kif persuna jista’ jkolla intenzjonijiet ulterjuri minn dawk tajbin. Qalet li temmen li meta tiltaqa’ ma’ xi ħadd li tħoss li hemm xi tip ta’ konnessjoni pożittiva magħhom, hija naturali li tagħti lilek inniffsek u l-ħin tiegħek.

Intom lil min tixtiequ li nistiednu bħala parteċipant tal-VIP date li jmiss? Għidulna fil-kummenti! Intant, jekk inti sid ta’ restorant u tixtieq tospita wieħed mill-episodji li jmiss, ikkuntattjana fuq [email protected].

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com