Tkellem ħbieb li ma jkunux baqgħu jkellmuk, wara li jgħaddi ż-żmien?

 Tkellem ħbieb li ma jkunux baqgħu jkellmuk, wara li jgħaddi ż-żmien?

Forsi tkun iebsa tinsa, imma li taħfer sabiħ. Ilkoll ngħaddu minn esperjenzi diversi fil-ħajja tagħna; niltaqgħu ma’ nies differenti, b’karattri differenti. Nifirħu, niċċajtaw, nibku u forsi anke nargumentaw xi ftit.

Hija sfortuna li kultant ir-relazzjonijiet ta’ bejnietna ma jiżviluppawx kif mixtieq u jsiru xi ftit morri.

Bla ma rridu forsi nispiċċaw f’mumenti ta’ swied il-qalb għaliex dak il-ħabib jew ħabiba li nkunu sirna nafu, ikollna naqtgħu l-kuntatt minn magħhom.

Imma ġieli jkun hemm stanzi, fejn jgħaddi ż-żmien u dak li forsi kien ta’ nkwiet, narawh li ma jfisser xejn, nerġgħu niltaqgħu u nerġgħu nsir ħbieb.

Inti terġa’ tafda din il-ħbiberija? Terġa’ tagħti t-tieni ċans?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com