X’għandek tagħmel biex tibqa’ mqajjem waqt film! Kemm jitqalu l-għajnejn hux?
Kemm tiġri din! Lil kulħadd … insomma, ġieli ssib dak jew dik il-persuna li jgħidulek “E, jien m’għandekx ċans li se norqod waqt film, ma tarax!” Imberkin ikunu.
Ġieli saħansitra jinqala’ argument bejn il-koppji għaliex xi ħadd minnhom jorqod u dan il-ħin ta’ waqt film, ikun jitqies bħala sagru u ħin ta’ kwalità.
Mela … biex ma jiġrilkomx hekk u tevitaw diżgwit, trid tagħmel hekk:
-Tixrobx alkoħol qabel
-evita ikel goff u ħu prieżet. Kważi kważi anke l-ġobon jgħajjik għax jista’ jkun tqil għad-diġestjoni
-kun komdu waqt film imma mhux qisek sejjer għar-raqda. Inkella kif trid ma torqodx?
-ara l-film fuq sufan flok fis-sodda
-jekk torqod mill-ewwel kważi għadha qas bdiet l-ewwel xena, ifisser li għandek nuqqas ta’ rqad ħabib. Fittex li tistrieħ sewwa fil-ħin tal-mistrieħ.
–prepara pawża waqt il-film biex tkun tista’ tqum tagħmel il-bżonnijiet tiegħek, jew tixrob tazza ilma jew tiċċekkja xi ħaġa. Jekk iġġib kollox maġenbek, se tkun qed tgħid lilek innifsek li m’għandekx bżonn tqum minn postok, allura se tistrieħ iżżejjed li torqod.
Imbagħad ħa ngħiduha kif inhi, jekk torqod ma waqgħetx id-dinja. Irridu nitgħallmu naċċettaw li aħna umani nibqgħu. Lis-sieħeb jew sieħba tiegħek għidilhom: “Tant kont komdu miegħek, li n-ngħas ġieni ħelu maġenbek!”