Ma tafx fejn għandek tieħu lit-tfal dan il-weekend?

 Ma tafx fejn għandek tieħu lit-tfal dan il-weekend?

Propju fi tmiem din il-ġimgħa, il-picnic area ta’ Ta’ Qali se tiġi trasformata sabiex tospita l-ewwel festival għall-familja kollha f’Malta: Wanderlust Festival.

L-avveniment se jkun qed isir nhar is-Sibt 6 ta’ April 2024 bejn 12pm u 7pm u s-Sibt 7 ta’ April bejn l-10am u l-5pm. Kull biljett se jkun jinkuldi fih aċċess għal għexieren ta’ attivitajiet differenti, u jwiegħed esperjenza mimlija maġija u avventura.

Infatti, l-avveniment se jospita diversi mużiċisti fuq palk prinċipali, diversi prestazzjonijiet teatrali, żoni tal-arti u l-kreattività, żona ta’ attivitajiet avventurużi, żona għall-benessri, żona bl-annimali, parti ddedikata għal trabi u tfal taħt tliet snin, qari ta’ diversi stejjer u opportunità għat-tfal sabiex juru t-talenti tagħhom permezz tal-pjattaforma Show Your Talent fost oħrajn.

Jekk tixtieq tkun parti minn dan l-avveniment uniku, aqta’ l-biljett tiegħek minn hawn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com