X’m’għandekx tilbes f’tieġ? Tinkwetawx … hemm l-ideat

 X’m’għandekx tilbes f’tieġ? Tinkwetawx … hemm l-ideat

It-tiġijiet illum għandhom inqas regoli u etika minn kif kienu fil-passat, skont cosmopolitan.com. Dan is-sit sostna li l-għarajjes illum qed ibidlu ċerti użanzi bħal flok l-ilbies abjad jintlibsu kuluri oħra jew iswed għall-għarus, flok iswed, blu u kuluri differenti wkoll. Dan ġab iżjed libertà anke fir-rigward tal-mistiedna.

Jekk inti mistieden/na għal tieġ, ma hemmx għalfejn ħafna stress żejjed. Imxi ma’ dawn:

  1. Tilbisx l-abjad. Ilbes off white jew blu. Iżjed u iżjed jekk tiffissa fuq kif se tidher fir-ritratti. Prova kulur newtrali.
  2. Evita li tkun tidher parti mit-tim tal-għarusa. Tilbisx l-istess stil jew kulur bħalhom għax forsi jdejqek dan il-fatt.
  3. Ikkunsidra l-istaġun. Fix-Xitwa, imur il-velvet jew gown eleganti. Fir-Rebbiegħa, jmorru l-fjuri u prints sbieħ u reali. Fis-Sajf, ara li tilbes ilbies li fuqu ma jimmarkax l-għaraq.
  4. Tilbisx casual iżżejjed. Veru li l-jeans sar jintlibes ukoll imma skont x’tip ta’ jeans. Ma tilbisx jeans li tilbes fost il-ġimgħa. Xortsijiet u t-shirts evitaħhom.
  5. Ħu ħsieb li ma jidhirx il-qalziet ta’ taħt. Ħu ħsieb li tkun diċenti.
  6. Fir-rigward taż-żraben; l-ewwel ara li se tkun komdu għaliex forsi l-ħin ikun twil. Imma mbagħad f’idejk. Jekk se tilbes żarbun elaborat, ara li ma jkunx jgħammex iżżejjed.
  7. Tinshiex tgħatti spallejk fejn ikun meħtieġ; l-iżjed jekk sejjer il-knisja.

Bla dubju, ideat ikun hemm ħafna. Importanti li qabel xejn, tkunu komdi. It-tieni, inti taf jekk intx liebes xieraq jew le suppost. Billi tieħdu parir ma hemm xejn ħażin, biss, tiffissawx.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com