“Kellna nagħżlu t-trasport pubbliku flok karozza tal-kiri minħabba li ma kinux aċċessibbli dejjem għall-wheelchair” – Roderick Azzopardi Custò

 “Kellna nagħżlu t-trasport pubbliku flok karozza tal-kiri minħabba li ma kinux aċċessibbli dejjem għall-wheelchair” – Roderick Azzopardi Custò

Il-preżentatur tar-radju Roderick Azzopardi Custò wassal l-apprezzament u l-gratitudni tiegħu lejn ix-xufiera tat-trasport pubbliku wara li kellu episodju mhux daqstant pjaċevoli ma’ kumpanija tal-kiri

Fuq il-midja soċjali tiegħu spjega li f’jum minnhom, ibbukkja s-sitema ‘Assist’ darbtejn fejn talab speċifikament l-għajnuna minħabba li ommu tagħmel użu minn wheelchair. L-ewwel xufier issuġerrielu li jerfa’ lil ommu Roderick stess imma spjega, li hu kien talab l-użu tas-sistema ‘Assist’. Azzopardi Custò qal li x-xufier skuża ruħu u spjegalu li kienu mħabbtin, anke jekk Roderick ibbukkja s-servizz siegħa qabel.

Ġara li iżjed tard, wara li spiċċa l-ikla ta’ nofsinhar reġa’ talab l-istess servizz, fejn deher li kien hemm servizz disponibbli madwar 2 minuti ‘l bogħod imma f’daqqa waħda, ix-xufier ikkanċella s-servizz.

B’riżultat ta’ hekk, Roderick u l-mama tiegħu kellhom jagħmlu użu mis-servizz tat-trasport pubbliku li kien wieħed eċċellenti. Għalhekk, xtaq juri l-gratitudni lejn ix-xufiera tas-servizz pubbliku li sfortunatament, spiss nisimgħu tgergir fuqhom u ma napprezzawhomx biżżejjed.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com