“Xogħol li jġiegħelek tħabbel moħħok huwa tajjeb għax…”

 “Xogħol li jġiegħelek tħabbel moħħok huwa tajjeb għax…”

Jekk inti għandek xogħol li jġiegħelek tħabbel ħafna moħħok, tant li jiġuk mumenti fejn tgħid, “aħjar għandi xogħol mingħajr bżonn ta’ ħafna ħsieb”…aħsibha darbtejn!

Studju li ġie ppubblikat fil-ġurnal mediku Neurology sab li meta wieħed jagħmel xogħol li jinvolvi ħafna ħsieb u tħabbil tal-moħħ, jista’ jnaqqas ir-riskju li aktar ‘il quddiem ikollu problemi fil-memorja u newroloġiċi.

Ir-riċerkaturi sabu li kien hemm konnessjoni ma’ xogħol li jirrikjedi ħsieb kumpless, bħal meta wieħed ikun janalizza informazzjoni, u s-saħħa konjittiva wara l-età ta’ 70 sena. Intant, xogħol repetittiv u manwali wera li kellu konnessjoni ma’ rata aktar għolja ta’ problemi konjittivi.

Wieħed mir-riċerkaturi spjega kif eżaminaw l-impenn li hemm f’diversi xogħlijiet u sabu li stimulazzjonijiet konjittivi fuq ix-xogħol, partikolarment meta wieħed għandu bejn 30 u 60 sena, wasslu sabiex dawk il-ħaddiema kellhom riskju mnaqqas ta’ problemi konjittivi wara l-età ta’ 70 sena. “Ir-riżultati tagħna juru l-valur wara li wieħed ikollu xogħol li jirrikjedi tħassib kumpless bħala mod sabiex isaħħaħ u il-memorja u l-ħsieb meta javvanza fl-età,” spjega hu.

Aqra aktar dwar din ir-riċerka minn hawn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com