12-il ħaġa li għandek tkun taf jekk sejjer il-Vjetnam

 12-il ħaġa li għandek tkun taf jekk sejjer il-Vjetnam

Huma diversi dawk il-pajjżi barra mill-Ewropa li jissemmew fil-lista ta’ pajjiżi li għandek iżżur minn tal-inqas darba f’ħajtek. Pajjiż li żgur jinstab fuq kull lista huwa propju l-Vjetnam. Hawn tista’ titla’ l-muntanji, tesplora l-oċean, tesperjenza l-kultura rikka u tiekol ikel ta’ kull tip!

Iżda hemm diversi affarijiet li għandek tkun taf sabiex tevita li tħabbat wiċċek ma’ problemi żejda u żżur dan il-pajjiż ippreparat.

  1. Ipprepara ħwejjeġ ħfief u oħrajn li jsaħħnu – speċjalment jekk bi ħsiebek iżżur kemm it-tramuntana kif ukoll in-nofsinhar tal-pajjiż.
  2. Ħu miegħek umbrella u ġakketta apposta għax-xita – speċjalment jekk se ssiefer f’żoni speċifiċi f’perjodi fejn huwa magħrufa li tagħmel ix-xita.
  3. Fittex sew dwar x’għandek tagħmel għall-visa – speċjalment jekk għandek vjaġġ fit-tul. Il-visa tista’ tapplika għaliha direttament mal-Ambaxxata Vjetnamiża f’Malta u tinħareġ fi żmien 5 u 7 ijiem.
  4. Ħu t-titqib li hemm bżonn – tkellem mat-tabib tiegħek u ara x’titqib għandek bżonn tieħu qabel ma tivvjaġġa.
  5. Jekk sejjer bejn Lulju u Awwissu għamel il-bookings ta’ kollox kmieni.
  6. Jekk se tivvjaġġa minn parti tal-pajjiż għal parti oħra, ikkunsidra xarabank jew tren li jivvjaġġa bil-lejl.
  7. Taqtax il-vjaġġ fil-qosor – hemm ħafna x’tara fil-Vjetnam, allura jekk se tasal s’hemm ara li ddum tul taż-żmien biżżejjed sabiex tesperjenza l-meravilji fil-pajjiż.
  8. Irrispetta l-postijiet reliġjużi – ilbes b’mod rispettuż meta tkun qed iżżur id-diversi tempji reliġjużi madwar il-pajjiż. Ħafna drabi trid tneħħi ż-żarbun u l-kappell biex tidħol u jrid ikollok idejk u saqajk mgħottijja.
  9. Tantx turi affezzjoni fit-toroq – żomm it-tgħannieq u l-bews fil-privat.
  10. Kun rispettuż meta tieħu r-ritratti – jekk se ġġib jidhru persuni fihom u anke forsi tfal, dejjem ħu permess. F’ċertu żoni li huma aktar tribali ikun hemm min jitlob il-ħlas biex jidher fir-ritratt.
  11. Aħrab mill-politika tal-pajjiż – jekk tara xi kongregazzjoni politika, toħroġx il-mowbajl biex tiffilmja jew tieħu r-ritratti. Min jikkritika l-gvern fil-pajjiż jidħol bejn il-basla u qoxritha.
  12. Ġorr pakketti tat-tissues miegħek – fil-Vjetnam rari se ssib toilet paper fil-latrini pubbliċi.

https://youtu.be/j5d7YQvMbaA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com