Sirna għażżenin biex nippreparaw ftit ikel għax-xogħol?

 Sirna għażżenin biex nippreparaw ftit ikel għax-xogħol?

Ommi kienet tbakkar biex tipprepara thermos kafè u ħobż imgeżwer f’ karta strazza, sabiex missieri jieħdu miegħu ix-xogħol. Għall-iskola kienet tlestili l-ħobż u l-bottle mimli bl-ilma. Meta bdejt naħdem, li nieħu l-ikel miegħi ix-xogħol, baqgħet prassi normali. U bħali kont nara oħrajn.

‌Ħa nkun onest, darba kultant, speċjalment waqt xi duty ta’ filgħaxija, ġieli xtrajt take away. Imma ma kinitx in-norma. Fejn naħdem ma tantx kien hemm ħwienet illi jagħmlu delivery lanqas.

‌Imma fi żmien il-Covid tfaċċaw il-kumpaniji illi jwasslu l-ikel, tixtri minn fejn trid ( kważi), x’ ħin trid u jwasslulek l-ikel, anki għal persuna waħda, fejn trid int. Din il-kumdita, flimkien mal-ħajja mgħaġġla ta’ llum wasslet biex ħafna nies jixtru ikel minn barra minflok jieħdu l-ikel magħhom ix-xogħol. Hawn min jagħmilha kuljum.

‌M’għandniex interess naqtgħu negozji, u lanqas qed inħallsu l-ikel li jixtru. Għalina, kullħadd jagħmel li jogħġbu. Imma qatt ikkalkulajtu kemm din il-prassi qed tiġi tiswa?

‌Sempliċi ħobża tiġi tiswik madwar 5 Ewro, filwaqt illi wrap jew salad qrib it-8 Ewro. Ovvjament, ma’ l-ikel żid flixkun luminata li ta’ lanqas iqarreb iż-żewġ Ewro. Spiża ta’ bejn 7 u 10 Ewro kull darba li tordna. Għal min jagħmilha kuljum, u jaħdem mit-Tnejn sal Ġimgħa hi spiża li tlaħħaq madwar 140 Ewro fix-xahar, jekk mhux aktar.

‌Spiża li żgur ma tiġix daqshekk li kieku wieħed jagħmel bħal qabel u għax-xogħol jieħu miegħu ikel ippreparat mid-dar

‌Taħseb li sirna għażżenin sabiex nippreparaw l-ikel? Jew veru m’ għandnix ħin ?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com