L-ewwel Prim Ministru Malti kien se jkun qassis imma…
Fl-20 ta’ Mejju tas-sena 1925, l-ewwel Prim Ministru ta’ Malta Joseph Howard miet fl-età ta’ 63 sena.
Huwa kien industrijalist membru tal-Partit; l-Unione Politica Maltese. Joseph Howard kien twieled fil-Belt Valletta u mbagħad mar fi Franza iżjed ‘il quddiem biex jikseb l-edukazzjoni tiegħu bħalha uffiċjal fl-Akkademja Militari.
Imbagħad ingħaqad mas-settur kummerċjali. Fl-1912 kien elett bħala membru tal-Kunsill tal-Gvern u fl-1921 elett fl-ewwel Parlament Malti.
Meta l-Kap tal-U.P.M., Monsinjur Ignazio Panzavecchia, ma aċċettax li jkun Prim Ministru peress li kien saċerdot, il-Gvernatur Lord Plumer offra l-kariga lil Howard li dam tliet snin f’din il-kariga.