Dawn it-tliet persuni kienu lesti jitilfu ġidhom u ħajjithom biex isalvaw lil ħaddieħor
Ngħinu kemm ngħinu, meta naslu f’sitwazzjoni ta’ ħajja jew mewt, ħafna minna jaħtfu l-ewwel opportunita li tiġi sabiex insalvaw. Meta nkunu qed ngħerqu naħtfu anki ma’ tibna, jekk din tista’ ssalvana. U bil-Malti hawn min anki lest jgħarraq lil ħaddieħor sabiex isalva hu.
Imma mhux kulħadd hekk. U mhux kull sinjur lest li jaħtaf kull opportunita sabiex isalva hu. Hawn nies li għalihom, il-prinċipji jiġu qabel flushom, u saħansitra qabel ħajjithom. Lesti jegħrqu fil-veru sens tal-kelma, basta ma jilgħabux mal-prinċipji.
Waqt l-għarqa ta-Titanic, 3 persuni, kollha sinjuri kbar, għażlu li jċedu posthom fuq id-dgħajjes tas-salvataġġ sabiex ħaddieħor, anki jekk kien ta’ anqas importanza fuq is-sellum tal-klassi soċjali, isalva.
Il-miljunarju John Jacob Astor IV kien sinjur biżżejjed li kapaċi jixtri 30 vapur bħat Titanic. Inzerta fuq Titanic fl-ewwel u l-aħħar vjaġġ tiegħu u sab ruħu quddiem il-mewt. Kellu l-opportunita li jsalva ġidu, u ħajtu, imma għażel illi jħalli żewġt itfal jitilgħu qablu.
Il-miljunarju u sid tal-kumpanija Amerikana Machy’s ukoll ċeda postu fuq id-dgħajsa tas-salvataġġ u qal illi qatt ma kien lest sabiex jitla’ fid-dgħajsa qabel ħaddieħor. Anki martu Ida irrifjutat u ċediet postha lil seftura. Ida riedet illi tibqa’ ma’ żewġha sa l-aħħar.
Dawn it-tlett persuni kienu lest li jitilfu ġidhom u ħajjithom, basta ma jitilfux il-prinċipji. Imma dan kiien aktar minn mitt sena ilu.
Illum għad hawn min jaħseb f’ħaddieħor aktar milli fih innifsu?