Dejjem għandek tgħid dak li tħoss?
Hawn min jgħidlek li miegħu taf fejn int! Jgħidulek “ Jien ta’ żaqqi f’ommi”, li jkolli ngħid ngħidu , l-aqwa li nkun qed ngħid il-verita’.
Veru li isbaħ mill-verita’ u l-onesta m’hawnx, imma jista’ jkun li meta se tlissen il-verita ser tweġġa’ lil dak li jkun. Fl-imgħoddi (illum forsi naqset), kont issib min jgħaddi xi kumment dwar xi difett ta’ xi ħadd. Jaf biex jiġbed is-saqajn imma xorta dak li jkun jaf iweġġa’. Kienu jinqalgħu laqmijiet dwar dawn id-difetti. Il-kliem li jsemmi d-difetti naqas (jew għandi żball?), imma xorta għadek issib min ilissen kliem illi bih iweġġa’ lil ħaddieħor, anki jekk tkun il-pura verita’.
Ġieli jgħidulek kemm ħxint jew , kemm irqaqt jew għolobt. Għandna ngħidu dawn il-kummenti? Dak li jkun għajnejh f’wiċċu qegħdin, jaf għolobx jew ħxienx
Qabel għidt dan il-kliem , ħsibt jekk dak li jkun hux qed jeħxien għax intefa’ jiekol bl-addoċċ jew hux għax qed jieħu xi mediċina? Qabel fakkartu li qed jogħlob taf jekk hux qed jitef il-piż għax qed jagħmel l-eżerċizzju jew għax hu marid?
Filwaqt li tajjeb li nkunu onesti, tajjeb li qabel ngħidu kelma, naraw il-ġid jew deni li jaf isarraf minndik il-kelma