Inti biżżejjed … tqabbilx lilek innifsek ma’ oħrajn!!!

 Inti biżżejjed … tqabbilx lilek innifsek ma’ oħrajn!!!

Bl-Ingliż ngħid ‘you’re enough’. Dan huwa ħsieb li jkidd ħafna nies. Hija normali u fl-istess ħin, trid tara fejn tista’ tasal biha.

Tiġri fil-politika, fl-artisti, fil-ġenituri, fl-istudenti, fil-mexxejja u fi kwalunkwe uman. Dan jiġri meta l-bniedem jibda jikkumpara lilu nnifsu ma’ ħaddieħor fl-istess xenarju partikolari tiegħu u jibda jħossu li mhux tajjeb jew kapaċi daqsu.

Eżempju; preżentatur tajjeb imma jħossu li m’għandux parola facile daqs il-preżentatur sieħbu l-ieħor.

Hawnhekk tidħol is-saħħa mentali tiegħek. U għaliex qed ngħidu hekk? Mhux għax din il-kelma saret clichè imma int trid tkun kapaċi tkun grat għal dak li int, dak li għandek u x’taf tagħmel u tapprezzah anke jekk ħaddieħor ikun aqwa minnek.

Trid tkun kapaċi tibgħat messaġġi lil moħħok, li filwaqt li veru l-preżentatur l-ieħor huwa aqwa minnek (u tajjeb li tkun taf tinnota u taċċetta dan), int forsi tkun kapaċi ddawwar sitwazzjoni forsi xi ftit anzjuża waqt li tkun qed tippreżenta imma l-preżentatur l-ieħor le.

Kulħadd kapaċi għal xi ħaġa. Għalhekk is-soċjetà tissejjaħ interdipendenti; jiġifieri; dejjem bżonn xulxin.

Tkissrux lilkom infuskom. Min hu tajjeb f’ħaġa, u min hu tajjeb f’ħaġa oħra.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com