Illum Santu Kruċ – Toħroġ Santa Liena f’Birkirkara
Santu Kruċ jew propjament, il-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes tiċċelebra żewġ avvenimenti storiċi: l-iskopertà tal-Veru Salib minn Santa Elena, l-omm tal-Imperatur Kostantinu, fis-sena 320 taħt it-tempju ta’ Venere f’Ġerusalemm, u d-dedikazzjoni tal-bażilika fis-sena 335 mibnija fuq l-għolja tal-kalvarju minn Kostantinu , li jimmarka s-sit tal-Kruċifissjonu.
Interessanti wkoll li l-Bażilika, imsejħa l-Martirju, u s-santwarju, imsejjaħ il-kalvarju, ġew meqruda mill-Persjani fl-614.
Il-Knisja tas-Santu Sepulkru nbena mill-Kruċjati fl-1149. Din il-festa tal-eżaltazzjoni ssir fl-14 ta’ Settembru.
Il-festa hija ċelebrazzjoni u kommemorazzjoni tal-akbar ħidma ta ‘Alla: ir-rebħa ta’ Gesù fuq il-mewt permezz tas-Salib u l-qawmien tiegħu, li fetħet il-bibien għall-Ġenna.
Marbuta magħha wkoll bla dubju, is-sejba tas-salib u propju llum 3 ta’ Mejju jitfakkar dan.
Illejla ssir festa kbira f’Birkirkara bl-istatwa devota ta’ Santa Liena tal-iskultur Salvatore Psaila u jkun hemm attendenza kbira. Insellmu l-Karkariżi kollha.