“Irrid niċċelebra kull stadju ta’ ħajti b’festin papali!”
Il-ħajja tista’ tkun kemmxejn diffiċli, mumenti sbieħ u mumenti ftit inqas sbieħ. Madanakollu jibqa’ importanti li matul kull perjodu ta’ ħajjitna, nitgħallmu nħarsu lejn il-pożittiv u niċċelebraw l-istadji differenti li ngħaddu minnhom. Iżda kemm hu isbaħ meta niċċelebraw dawn il-mumenti ma’ dawk il-persuni li għenuna naslu għalihom u li jakkumpanjawna b’xi mod jew ieħor, matul dan il-vjaġġ ta’ ħajjitna, b’xi festin liema bħalu!
X’inhuma l-mumenti tal-ħajja ta’ bniedem li l-aktar naħsbu li għandhom jiġu ċċelebrati?
- L-ewwel birthday…meta tgħalaq sena!
- Il-gradwazzjoni, wara snin twal ta’ studju.
- Il-lucky birthday.
- Meta tgħalaq 30 sena.
- Meta jkun se jkollok tarbija u trid tagħmel gender reveal jew xi baby shower.
- Qabel ma tiżżewweġ, meta torganizza xi hen’s jew bachelor’ party.
- Il-25 u l-50 sena anniversarju taż-żwieġ.
- Meta tgħalaq 90 sena!
X’għandek tara li jkollok jekk wasalt biex torganizza festin speċjali?
- Iddeċiedi jekk hux se tagħżel tema speċifika.
- Ixtri dekorazzjonijiet li jmorru mat-tema li tagħżel.
- Ara li jkollok kejk tal-blieh u cake topper għal miegħu biex timpressjona lil kulħadd!
- Ipprepara l-inviti.
- Għażel it-tipi differenti ta’ ikel li tixtieq tipprovdi lill-mistednin.