It-tpaċpiċ fuq xulxin! Iżjed ħsara milli ġid … imma għadu popolari

 It-tpaċpiċ fuq xulxin! Iżjed ħsara milli ġid … imma għadu popolari

Tibqa’ dejjem popolari; dik li ngħidu fuq xulxin. Sew jekk veru, sew jekk invenzjoni. Din ma toħloq xejn ħlief stress u tħassib bla bżonn!

Meta wieħed iparla fuq l-ieħor ikun qed ixerred u jkabbar l-istorja, hi x’inhi. Mingħajr ma nkunu nafu, inkunu qed inġiegħelu lill-persuna l-oħra tipprova tiġġustifika biex iżżomm isimha.

F’każ li l-għidut ikun veru, tkun qed tiżdidilha l-pressjoni biex flok taġixxi fuq problema, tispiċċa tinkwieta fuq x’qed jgħidu n-nies fuqha. Jekk mhux veru, hija ferm agħar. Dan għaliex persuna tkun tħammġet bla meħtieġ u allura tibda taħseb li kulħadd qed jgħid fuqha.

Irridu naħsbu qabel intaqtqu u ma ninġarrux mal-kurrent sempliċiment ‘għax kulħadd hekk jagħmel’.

Niftakru wkoll li llum ħaddieħor, u għada aħna. Ngħidu x’ngħidu din tibqa’ tiġri. Hekk kienet, hekk għadha u hekk se tibqa’. Imma ftakru li kif tagħmel jagħmlulek.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com