“Lanqas jekk iġġibu lil Alla jiżfen m’għandkom ċans”

 “Lanqas jekk iġġibu lil Alla jiżfen m’għandkom ċans”

Huwa veru li jekk lanqas jekk nibgħatu lil Alla jiżfen ma jirnexxielna nagħmlu suċċess fil-Eurovision? Dan kien il-kliem li kiteb propju dalgħodu l-eks-parteċipant tal-festival Ludwig Galea.

Permezz ta’ post fuq Facebook, Ludwig qal: “Is-sens komun imur kontra dak li ġara lbieraħ f’Malmo. L-EBU donna qed tgħidilna li ‘lanqas jekk inġibu ‘l Alla jiżfen’ m’għandna ċans naraw xaqq dawl.”

Kompla jgħid li “huwa ċar kristall li għadna nbatu għal meta ippretendejna li nirbħu akkost ta’ kollox u ngħaddu minn fuq kulħadd b’gaffa.”

Spjega li l-qawl Malti jgħidlek: “Iddardarx l-għajn li trid tixrob minnha”.

Kompla billi qal li “jeħtieġ wieħed jixtarr sew x’ġara għax din hija kwistjoni ulterjuri mix-xogħol denju u professjonali li offra t-tim Malti. Hija aktar kwistjoni ta’ kredibilità.”

Temm billi għadda kumplimenti pożittivi lil Sara, Steven Vella u lit-tim Malti kollu.

Intom taqblu miegħu?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com