Ikel tajjeb għal saħħtek u għall-burdata

 Ikel tajjeb għal saħħtek u għall-burdata

“Meta tieklu ma tħossokx ħati li kilt”

L-ikel hu xi ħaġa li kulħadd iħobb. Hawn min jiekol bil-qies, u hawn min jitħanżer. L-ikel mhux biss jagħtina n-nutrizzjoni li għandna bżonn, imma huwa xi ħaġa li jikkumplimenta kull attivita’ soċjali. Biżżejjed tara kull festa, kull festival, kull attivita’ li qed jorganizzaw il-kandidati. Biex jiġbdu n-nies, kollha isemmu i se jkun hemm l-ikel. U fejn ikun b’xejn naraw il-kju!

Imma wara li nieklu, kultant nibdew inħossuna ħatja, għax dak li nieklu nafu li mhux dejjem ikun ta’ ġid għal saħħitna. Biss dan l-ikel li se nsemmu huwa tajjeb għal saħħitna, kif ukoll jgħinha inħossuna aħjar

Il-kafe’ – Tazza (jew kikkra) kafe’ tajba taf tbiddillek il-burdata. Iġġibek f’tiegħek wara xi lejl rieqed (jew wara xi lejl tiġri barra). Il-kafe’ jgħin biex jogħla l-livell tal-Seratonina u d-dopamina, b’konsegwenza li mentalment tħossok aktar ferħan. Jgħin ukoll fuq il-lat soċjali, għax ngħiduha kif inhi, x’hemm isbaħ minn belgħa kafe’ mal-ħbieb (filwaqt li ngħidu kelma jew tnejn).

Il-bajd – Forsi hawn min jibża’ minnu għax jisma’ li jħammeġ il-fwied jew iżid il-kolesterol. Imma il-bajd għandu ħafna benefiċċji għalina. Fost il-vantaġġi li fih il-bajd, wieħed isib illi l-bajd huwa mimli proteini illi jgħinu lill-bniedem biex jibni il-muskoli tiegħu. Aktar minn hekk , il-bajd fih il-Vitamina D , vitamina illi ħafna mill-Maltin huma nieqsa minnha

Berries- Insibu ħafna tipi differenti minn din il-kategorija ta’ ikel. L-aktar popolari magħna l-Maltin, probabbli huma l-frawli. Il-berries jgħinu fost oħrajn sabiex jonqos l-effett tax-xjuħija, u jkollok ġilda sabiħa. U ovvjamemt, meta tħossok iżgħar, tħossok aħjar

Salamun- Is-salamun huwa mimli Omega -3, sustanza illi tgħinek fil-memorja, kif ukoll tgħinek tikkonċentra aktar. L-Omega-3 tgħin ukoll sabiex wieħed jiġġieled id-dipressjoni ( ovvjament flimkien mal-mediċina li wieħed ikun ordnat mit-tabib).

Il-ġewż- Il-ġewż, meta jttieħed fil-moderazzjoni, huwa importanti ħafna għal saħħitna. Il-ġewż, li ħafna drabi jittieħed bħala snack, jgħin sabiex l-ormoni li jikkawżaw l-istress, inaqqas ir-riskju tad-dijabete’, u jgħin sabiex jonqos ir-riskju tal-mard tal-qalb. U dan grazzi għall-Melatonin. Apparti minn dan il-ġewż jgħin sabiex ikollok ġilda u xagħar isbaħ, b’riżultat li tħossok aktar kunfidenti

Avocado- Forsi mhux popolar ħafna ma’ nies Maltin, imma l-Avocado iżid il-livell tas-Seratonin fi-ġisem, bil-benefiċċji kollha li dan iġib miegħu. Apparti dan, din il-frotta għandha xaħmijiet tajbin illi jgħinu għal ġilda isbaħ. Benefiċċju ieħor ta’ din il-frotta huwa li jnaqqas l-għejja.

L-għaġin- Forsi sorpriża li huwa mal-ikel “ it-tajjeb”. Imma l-għaġin jgħin sabiex itik l-enerġija li għandek bżonn. Ovvjament irid jittieħed f’moderazzjoni. Imma min ma jħossux tajjeb b’xi platt għaġin, ikel li għandu diversi metodi ta’ kif jista’ jitħawwar?

Int liema ikel jgħinek tħossok aħjar?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com