Meta sar l-ewwel strajk f’Malta?
Kien eżatt bħal-lum 7 ta’ Mejju tas-sena 1917, meta l-ħaddiema Maltin strajkjaw għall-ewwel darba. Dan kien ordnat fit-Tarzna tal-ammiraljat minħabba l-ilmenti li kellhom fosthom dwar il-paga.
Jumejn wara, il-ħaddiema għamlu dimostrazzjoni fil-Belt Kapitali Maltija, Valletta.
Wara li ġew imwiegħda li l-ilmenti tagħhom kienu se jiġu studjati, il-ħaddiema kienu marru lura għax-xogħol.
Fil-fatt, grazzi għal dan, il-ħaddiema kienu ngħataw żieda ta’ 50% fil-pagi.
Li tistrajkja huwa dritt. Iżda dan irid ikun imħares bi prinċipju; fis-sens li ma tistax tistrajkja bla raġuni nkella tkun qed tonqos mid-dover tiegħek.
Ir-ritratt li qed jidher hawn fuq jindika s-sena 1919. Grazzi għal The Malta National Archives.