M’hemmx x’tagħmel! Malta ma tgħaddix għall-finali tal-Eurovision

 M’hemmx x’tagħmel! Malta ma tgħaddix għall-finali tal-Eurovision

Xi kultant ngħaddu u xi kultant le…m’hemmx x’tagħmel! Nieħdu paċenzja. Dejjem hemm sena oħra. Ngħiduha kif inhi Sarah Bonnici kellha prestazzjoni sabiħa ħafna u għandna għalxiex inkunu verament kburin.

Issa ma nibdewx ngħidu messna ma nipparteċipawx. Kulħadd jaf li meta tipparteċipa jfisser li tista’ tgħaddi, tista’ ma tgħaddix u tista’ tikkwalifika għoli jew baxx. Din is-sena ġiet hekk!

Min għadda għall-finali tal-Eurovision waqt is-semifinali tal-lejla?

  1. Il-Greċja rrappreżentata minn Marina Satti bil-kanzunetta ZATTI
  2. L-Iżvizzera rrappreżentata minn Nemo bil-kanzunetta The Code
  3. L-Awstrija rrappreżentata minn Kaleen bil-kanzunetta We Will Rave
  4. L-Armenja rrappreżentata minn LANDANIVA bil-kanzunetta Jako
  5. Il-Latvja rrappreżentata minn Dons bil-kanzunetta Hollow
  6. Il-Ġorġja rrappreżentata minn Nutsa Buzaladze bil-kanzunetta Firefighter
  7. L-Estonja rrappreżentata minn 5MIINUST x Puuluup bil-kanzunetta (nendest) narkootikumidest ei tea me (küll) midagi
  8. L-Iżrael irrappreżentat minn Eden Golan bil-kanzunetta Hurrican
  9. In-Norveġja rrappreżentata minn Gate bil-kanzunetta Ulveham
  10. L-Olanda rrappreżentata minn Joost Klein bil-kanzunetta Europapa

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com