Tafu b’nies li jirrepetulek dejjem l-istess episodji?
Ġieli jkollna ħbieb, li niltaqgħu kemm niltaqgħu, il-kliem jaqa’ dejjem fuq l-istess suġġetti.
Dan jista’ jiġri mill-fatt li persuna tkun għaddiet minn trawma jew esperjenza kerha. L-iżjed komuni huma separazzjoni jew infedeltà. Tifhem li persuna tkun trid tiftaħ qalbha. Imma jiġri, li sena wara u anke iżjed wara, dawn il-persuni jkunu għadhom qed jitkellmu fuq l-istess suġġett. Saħansitra anke 15-il sena wara.
Mhux kull persuna hija soda l-istess. Hemm min qisu qatt ma kien xejn u hemm min li jibqgħu jżomm l-esperjenza f’moħħu u f’qalbu mkissra, tant li kważi tmarrdu.
Ma nistgħux niġġudikaw. Imma nistgħu ngħinu nies hekk billi nippruvaw indawru d-diskors jew inkella, tara li jkun hemm nies ġodda fil-kumpanija magħkom għaliex fl-aħħar mill-aħħar, anke inti jkollok bżonn li tieħu ħsieb il-menti tiegħek.
Li nisimgħu lil xulxin huwa bżonnjuż. Imma bħal f’kollox, hemm il-limiti wkoll.