X’inhuma l-akbar problemi f’pajjiżna?

 X’inhuma l-akbar problemi f’pajjiżna?

Hekk kif qed toqrob elezzjoni; tal-kunsilli lokali u tal-parlament Ewropew, dlonk kulħadd jieħu l-okkażjoni biex ikollu l-problema tiegħu indirizzata. Dan isir dejjem, biex ngħidu kollox imma forsi bħalissa, huwa mument iżjed opportun biex tintstema’.

Imma li kieku kellna nsaqsu liema huma l-iżjed problemi li qed jolqtu ħafna nies bħalissa, liema jkunu?

  • naħsbu li fuq nett, hemm il-kwistjoni ta’ ħafna traffiku. Il-popolazzjoni żdiedet u żdiedu l-karozzi. Għalkemm dan kollu huwa fatt, ħafna huma dawk li jużaw il-karozza għal xejn b’xejn. Imma t-traffiku huwa reali.
  • ħafna bini. L-art verġni qed tonqos. L-estetika tbiddlet sew. Din iddejjaq ħafna nies. Jibqa’ l-punt, li meta tiġi għal art ta’ xi ħadd, jippreferi jibnieha biex idaħħal il-flus!
  • barranin fostna. Din hija dibatibbli ħafna. Jagħmlu xogħol li ħafna ma jixtiequx jagħmlu.

X’iktar? Għidulna x’taħsbu! Nitolbu li tikkummentaw b’mod ċivili mingħajr tgħajjir personali. L-għan tagħna huwa ta’ diskussjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com