Tipprova titla’ fuq titjira liebsa hekk…
Meta noħorġu hemm kodiċi ta’ lbies, illi anki jekk mhux miktub, normalment nimxu miegħu. Eżempju: Jekk sejrin tieġ nilbsu pulit, bl-irġiel normalment jilbsu ġlekk. L-istess jekk sejrin għal xi intervista. U jekk sejrin il-knisja, kulħadd jistenna li nilbsu diċenti għax deħlin fid-dar t’Alla
Minn naħa l-oħra, jekk sejrin fejn l-baħar, ċertu tqaċċit huwa aċċetat. Malja jew bikini huma aċċettati, minkejja li kultant jikxfu xi ftit iżżejjed. Imma dan l-ilbies għalkemm hu aċċettat meta tkun fuq il-bajja, ma tantx jinżel tajjeb jekk tibqa’ tiela bih ngħidu aħna fil-karozza tal-linja .
Imma mara Brażiljana, mhux talli ma libsitx xi ħaġa fuq il-bikini bex tivvjaġġa minn fejn il-baħar, talli ippruvat titla bil-bikini fuq l-ajruplan. Madankollu , il-mudella ta’ 21 sena ma tħallietx titla għat-titjira minħabba li ma kinitx liebsa b’mod diċenti
Hi qalet li kienet liebsa kostum bil-bikini, u peress li ma kelliex ħin biex tbiddel baqgħet sejra l-ajruport liebsa kif kienet. Xi wħud staqsew jekk aħniex liberi, waqt li oħrajn ikkundannaw dak li sejħu bħala att biex tinġibed l-attenzjoni
U jekk taħseb li bikini biss mhux aċċettat, tajjeb li tkun taf li ħwejjeġ offensivi jew tipprova titla’ ħafi, jafu jwassluk biex ikollok tistenna it-titjira ta’ warajha. Veru li mhux kull airline għandha kodiċi ta’ lbies miktub, imma tajjeb iżżomm f’moħħok, illi ċerti ħwejjeġ joffendu s-sentimenti tan-nies.