Serje Miġbud Kollu Kemm Hu f’Art Twelidna! Smajt Bih?
Jekk int dilettant ta’ stejjer mimlijin misteru u wkoll tħobb il-gżejjer Maltin u Għawdxin, allura The Wives hija s-serje ġdida li żgur m’għandekx titlef! Din is-serje kollha ġiet maħduma f’Malta! Għalhekk, waqt li tkun mhedi bil-misteru u d-drama, tista’ wkoll tipprova tgħaraf lokalitajiet Maltin magħrufa f’kull episodju. Is-serje huwa ta’ 6 episodji biss u qed jintwerha fuq stazzjon Ingliż ‘Channel 5’.
The Wives isegwi storja mimlija tensjoni ta’ misteru dwar grupp ta’ nisa miżżewġin, li l-ħajja tagħhom tidher perfetta minn barra, sakemm ġrajja xokkanti tbiddel kollox. Maż-żmien, nibdew insiru nafu aktar dwar il-passat ta’ dawn in-nisa, ħafna sigrieti, gideb, u tradimenti.
Waqt li tkun qed tara s-serje, żgur li se tagħraf wħud mill-aktar postijiet ikoniċi tal-gżira tagħna. F’episodju wieħed, tara x-xemx nieżla fuq Golden Bay, bl-irdumijiet dehbijin, xenarji spettakolari mmens. F’ieħor, in-nisa jidhru quddiem il-Knisja Parrokkjali tal-Mellieħa, fejn l-istorja lokali tingħaqad perfettament mal-misteru ċinematografiku.
The Wives teħodna wkoll fit-toroq dojoq u antiki ta’ Mdina, fejn l-arkitettura medjevali tagħmel il-plott aktar misterjuż, u l-ambjent aktar awentiku. Xeni dinamiċi wkoll fil-Belt Valletta, li turi l-belt kapitali tagħna f’kull glorja barokka tagħha. Hemm ukoll mumenti mimlijin tensjoni f’Rabat Għawdex, fejn il-ħajja kwieta u l-ambjent tal-belt antika jdaħħluk aktar fl-istorja.
Allura, jekk trid tgawdi l-misteru intriganti ta’ din is-serje jew sempliċement trid tara art twelidek fuq it-televiżjoni, The Wives hija serje li ma tistax titlifha.