X’tista’ ssajjar fil-Milied
L-ikla tal-Milied! L-ikla bombastika li għal ħafna nies ma tispiċċa qatt. Minn ġranet qabel, min ikun se jieħu ħsieb l-ikla tal-familja, irid jaħseb dwar x’se jsajjar. Ħafna nies imorru għal dak l-ikel tradizzjonali: Xi lażanja, dundjan jew xi biċċa majjal mimli. Dan apparti l-ħelu bħal xi kejk tal-frott. Imma dan mhux l-uniku ikel li wieħed jista’ jsajjar għal Milied. Apparti dak li mdorrijin insajjru, nistgħu immorru għal xi ikel tradizzjonali minn xi pajjiżi oħra jew nistgħu inkunu ftit avventurużi
Forsi ħafna mhux imdorrija imorru għall-għażla tal-ħut għall-Milied. Imma l-ħut, speċjalment jekk ikun varjat jaf jagħmel platt tajjeb. Varjeta ta’ ħut differenti huwa wieħed mill-ikliet illi t-Taljani iħobbu isajru għall-ikla tal-Milied. Jekk trid tista’ tagħmel 7 tipi ta’ ħut differenti, 7 kif inhu n-numru ta’ sagramenti. Anki l-Iżvediżi iħobbu imorru għal ħut, imma b’differenza li l-iżvediżi iħobbu li fil-Milied jieklu s-salamun.
Jekk taħseb li platt tradizzjonali minn barra l-Ewropa jattirak, x’taħseb kieku jkollok tipprova ikla tradizzjonali mill-Etijopja? Il-platt tradizzjonali msejjaħ Doro Wat huwa fost l-aktar ikliet popolari fil-Milied għall-Etijopjani. Tiġieġ imħawwar (xi ftit jaħarqu), b’kontorn ta’ ħobż, imsejjaħ injera.
U għal dawk li ma tantx jieħdu pjaċir isajru, dejjem jistgħu jagħżlu li jsegwu tradizzjoni li dieħla fil Ġappun: Iġġib take away tiġieġ minn stabbiliment partikolari
Jekk ma tixtieqx issegwi tradizzjoni, dejjem tista’ tkun avventuruż u tipprova xi ħaġa ġdida. Xi ħaġa sabiħa, imma jiddependi mill-gosti tiegħek jew tal-mistednin.
Eżempju għall-ewwel platt wieħed jista’ jagħżel li jsajjar xi torta tal-ħut, xi soppa jew inkella xi prawn cocktail. Minkejja li l-ikla tal-Milied hija assoċjata ma’ ikla elaborata, m’hemm xejn ħażin li wieħed jipprova xi insalata, u insalati hawn ħafna differenti x’wieħed jipprova.
Minn naħa l-oħra, għall-ikla prinċipali, wieħed jista’ jsajjar xi laħam li mhux is-soltu nassoċjawh mal-Milied. Laħam bħal ħaruf jew xi fenek, u għaliex le, xi ħuta tajba.
L-ikel dejjem importanti, inkluż fil-Milied, imma l-importanti il-familja u l-ħbieb li jkollok madwarek waqt l-ikla.