AQRA: Ittra Sabiex Tkeċċi lil Bellizzi mis-Saċerdozju b’Mod Immedjat

 AQRA: Ittra Sabiex Tkeċċi lil Bellizzi mis-Saċerdozju b’Mod Immedjat

L-Ordni Franġiskana f’Ruma bagħtet rikjesta lil Papa Franġisku sabiex jilqa’ t-talba  li tneżża’ lil Patri Bellizzi mill-vesti saċerdozji tiegħu b’mod immedjat. Dan fid-dawl tal-inkrimiazzjoni tal-istess patri li bħalissa qiegħed iservi s-sentenza tiegħu l-ħabs ħabba l-abbuż sesswali li wettaq ma’ tifel ta’ tlettax-il sena.

Dan it-tifel kien parti minn grupp ta’ ġuvnotti żgħar tampar il-vittma li kienu inklinati lejn il-ħajja reliġjuża. Belliżżi kien wieħed mill-patrijiet li jmexxi l-laqgħat u l-attivitajiet ta’ dan il-grupp, u kien propju f’dan il-kuntest fejn il-vittma ġie abbużat l-ewwel darba fl-2010.

It-tkeċċija ta’ Bellizzi mill-Ordni Franġiskana ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Arċisqof Scicluna, kif forsi jaħsbu xi wħud. Imma taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Vatikan. Il-proċess ta’ tkeċċija finali tal-istess qassis qiegħda bħalissa tiġi ffinalizzata.

Fl-istess waqt, Bellizzi qiegħed iservi sentenza ta’ tliet snin ħabs, li ħafna jaħsbu li mhix sentenza ġusta biżżejjed lejn dak li soffriet il-vittma.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com