Temp Varjat: Ġimgħa Ta’ Xemx, Xita u Maltemp
Fl-aħħar tal-ġimgħa li għaddiet it-temperaturi ta’ gżiritna bdew jaqgħu – indikjazzjoni li l-ġranet tax-xitwa huma qrib. Matul din il-ġimgħa ser inkunu qed niġu influwenzati minn maltemp li se jkun ġej mill-Atlantiku u li ser jasal sal-Italja.
L-ewwel jumejn ta’ din il-ġimgħa, għalkemm kesħin, ser ikunu bnazzi, b’temperaturi mistennija ta’ bejn is-17 u 19°C. Nistennew waqtiet ta’ xita bejn l-Erbgħa u l-Ħamis b’temperaturi li ftit li xejn ivarjaw mill-jiem ta’ qabel. Il-Ġimgħa t-temp mistenni jerġa jibnazza b’temperatura li togħla għal 20°C. Tmiem il-ġimgħa mbagħad mistenni jkun maltemp b’possibiltà ta’ ragħad u sajjetti.
Ir-riħ ser ikun ħafif fl-ewwel jumejn u ġej mill-Majjistral, fejn imbagħad isir moderat lejn nofs il-ġimgħa u jiċċaqlaq l-isfel lejn il-Lbiċ. Lejn l-aħħar tal-ġimgħa r-riħ jerġa jitqawwa u jerġa Majjistral.
Temperatura tal-baħar se tkun f’medja ta’ 21°C
Ritratt: It-Temp Madwarna