Il-Partit Nazzjonalista Jiġbor €324,450 F’Maratona Ġbir Ta’ Fondi
F’Maratona ta’ madwar 11-il siegħa il-Partit Nazzjonalista lbieraħ ġabar aktar minn €324,450.
Il-Maratona kienet organizzata fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista u kellha t-tema ‘Nissaħħu Flimkien’. Matul il-maratona ħadu sehem diversi deputati u kandidati u voluntiera tal-Partit Nazzjonalista waqt li kien hemm ukoll diversi kantanti.
Din il-maratona, kienet l-aħħar Maratona tas-sena u t-tieni maratona taħt it-tmexxija ta’ Dr Bernard Grech.