Tnejn Arrestati B’rabta Ma’ Hold-Up Fl-Imsida

 Tnejn Arrestati B’rabta Ma’ Hold-Up Fl-Imsida

Raġel ta’ 34 sena u mara ta’ 25 sena, li huma suspettati li wettqu hold-up xahar ilu fl-Imsida, ġew arrestati lbieraħ filgħodu f’Tal-Pietà.

Huma ġew arrestati mill-Pulizija wara investigazzjonijiet intensivi li wasslu biex wara li ġew identifikati ż-żewġ persuni li wettqu s-serqa, fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa filgħodu, il-Pulizija tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri bdew isegwu l-passi tagħhom.

Kien għall-ħabta tad-d-disgħa u nofs meta ż-żewġ persuni, li kienu f’vettura BMW, ġew iċċirkondati f’Tal-Pietà u arrestati.

Huma allegatament wettqu hold-up fuq raġel ta’ 50 sena, fil-15 ta’ Novembru illi għadda u dakinhar użaw l-istess vettura li kienu biha lbieraħ filgħodu.

Iż-żewġ persuni se jitressqu l-Qorti llum għall-ħabta tal-ħdax u nofs quddiem il-Maġistrat talGħassa Dr Yana Micallef Stafrace mill-Ispetturi Lydon Zammit u Stephen Gulia mill-Iskwadra tarReati Maġġuri u mill-Ispettur Colin Sheldon tad-Distrett.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com