Tliet Anzjani Jmutu Pożittivi Bil-COVID-19

 Tliet Anzjani Jmutu Pożittivi Bil-COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li tliet anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ anzjan ta’ 68 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-1 ta’ Diċembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ anzjan ta’ 78 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-28 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ anzjana ta’ 87 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-30 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex kulħadd jibqa’ viġilanti u jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com