“Il-Marsa Staġnata U Kieku Tara Lil Xi Ħadd Jidderiġi T-Traffiku” – Andrew Borg Carbott
Fl-aħħar sigħat jidher li nġema’ ħafna traffiku fil-Marsa, tant li żagħżugħ kiteb fuq Facebook li dam 50 minuta biex qasam minn naħa tal-Marsa għall-oħra. Huwa saħaq li mhux floku li f’sitwazzjoni bħal din ma jkun hemm ħadd jidderiġi t-traffiku.
“Nifhem li għaddejja l-kostruzzjoni għal ġid ta kulħadd pero’ nemmen li bi pjan adekwat kieku mhux qed nikteb dan il-post”, qal Borg Carbott.