Bil-Filmat: Daħal Fil-Barracks Tal-Armata Bla Permess!

 Bil-Filmat: Daħal Fil-Barracks Tal-Armata Bla Permess!
Il-Forzi Armati Ta’ Malta għamlu filmat ħelu b’differenza… Grinch żar il-HQ tal-armata u ma ħallhiex sezzjoni bi kwieta għaliex dar lil kulħadd; jekk is-sezzjoni tal-banda, id-drills, it-training tal-isparar, is-sezzjoni marittima u dik tal-ajru u fejn iddeċieda li jnemmens u jittanta lil min jara.
Imma nissel tbissima fuq fomm kulħadd. F’messaġġ mal-filmat, l-AFM tenniet li din is-sena kienet sena mimlija sfidi u f’isem il-Kmandant, l-Uffiċjali u r-ranks kollha tal-Armata, wasslu l-awguri tagħhom għall-Milied u Sena mimlija ġid lil kulħadd.
Min-naħa tagħna, nirringrazzjaw lill-Armata maltija tal-ħidma kbira li twettaq; pandemija jew mhix… dejjem lesti li jservu lil pajjiżna. Awguri lilkom ukoll mingħandna ta’ Stradarjali.com

 

Ritratt: Facebook/ Armed Forces of Malta (AFM)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com