TV 110”
Samsung nediet TV MicroLED ta’ 110 pulzieri, u jinsab għall-bejgħ fil-Korea. Il-ġgant tat-teknoloġija ilu juri wirjiet massivi li jużaw teknoloġija MicroLED matul l-aħħar sentejn.
Samsung żvelaw TV ta’ 146 pulzier imsejjaħ The Wall fi CES 2018, u mudell ta’ 75 pulzier fl-istess avveniment is-sena li għaddiet.
Dawk it-TV’s, madankollu, huma modulari u jeħtieġu installazzjoni. Dan il-mudell ġdid huwa prefabbrikat u jista jiġi installat bħal kull televiżjoni tradizzjonali.
Il-mudell ta 110 pulzieri jista’ juri kontenut 4K HDR u juża dwal LED li jistgħu jdumu għaxar snin.
Dan it-TV ghandu karatteristika Multi View li tista turi sa erba’ sorsi ta kontenut f’daqqa fuq skrins maqsuma li jistgħu jkunu sa 55 pulzier fid-daqs.
Għalkemm il-mudell jinsab għall-bejgħ fil-Korea bħalissa, il-mudell se jkun disponibbli globalment fl-ewwel kwart tal-2021.
Ritratt: Samsung