Il-PN Jindika Li Hu Kontra L-Ftuħ Tal-Iskejjel
Il-Partit Nazzjonalista qa li l-Ministeru tal-Edukazzjoni għandu jieħu l-azzjonijijiet kollha neċessarji u jagħti assigurazzjoni li saħħet it-tfal u l-edukaturi mhix qed tiġi pperikolata kapriċċjożament kawża ta’ ċirkostanzi ġodda u dik li sejjaħ bħala nuqqas ta’ azzjoni tal-Gvern.
Fi stqarrija, il-kelliem tal-PN għall-Edukazzjoni Clyde Puli qal li d-dikjarazzjoni tal-Malta Union of Teachers (MUT) li l-Gvern qed jinjora l-pariri tas-saħħa, hija waħda ta’ tħassib fil-kuntest tan-numru rekord ta’ infezzjonijiet, it-taħlit ta’ nies li seħħ fil-festi tal-Milied. Qal li dan se jwassal għal aktar rati għolja ta’ każijiet fil-ġranet li ġejjin.
Żied jgħid li sa Mejju mhux se jkollna l-vulnerabbli kollha mlaqqma u l-amministrazzjoni tal-vaċċin s’issa qed issir b’mod kajman.
Il-varjant il-ġdid tal-COVID-19 li qed jingħad li jinfirex aktar malajr minn ta’ qablu kif ukoll hemm tħassib li jista’ jaffettwa aktar lil tfal u żgħażagħ mill-virus li rajna s’issa.
Il-Partit Nazzjonalista appella għal kawtela u responsabbiltà kif ukoll għal djalogu trasparenti u onest sabiex jinstabu soluzzjonijiet li jissalvagwardjaw lill-istudenti, l-edukaturi u l-ġenituri. Temm jgħid li l-għebusija tar-ras u l-arroganza żgur mhix it-triq ‘il quddiem.