Is-Supretendent Tal-Pulizija Maurice Curmi Tar-Rabat Għawdex Pożittiv Għad-Droga Kokaina.

 Is-Supretendent Tal-Pulizija Maurice Curmi Tar-Rabat Għawdex Pożittiv Għad-Droga Kokaina.

Fuq il-midja lokali qed ikun irrapurtat li s-Supretendent tal-Pulizija Maurice Curmi li hu stazzjonat fl-Għassa tar-Rabat Għawdex, ittestja pożittiv għad-droga kokaina. Dan wara test li sarlu mill-pulizija stess.

Is-Supretendent issejjaħ għat-test wara li l-Korp u anke l-Ministeru għall-Intern kien mgħarraf dwar dan. It-test sar fid-Depot tal-Pulizija fil-Furjana fejn ħareġ pożittiv.

Huwa ġie sospiż immedjatament fejn issa jkollu jistenna deċiżjoni aħħarija mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Aktar dettalji malli jaslulna.

Ritratt: ONE News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com